Numri imblukkati, imma xorta attent

Il-kumpaniji Vodafone u GO imblukkaw in-numri li jibdew b’ +21 65850 **** kif ukoll +35 5450 ****.
Ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-kumpanija Vodafone spjegat li dawn it-telefonati huma qarrieqa u ħeġġet lill-pubbliku biex la jwieġbu t-telefonata u lanqas jċemplu lura.
Qalet li wieħed jeħel il-flus jekk iċempel lura u mhux jekk iwieġeb.
Spjegat li għalkemm in-numri ġew imblukkati xorta waħda jistgħu jitfaċċaw numri oħra qarrieqa minn żmien għal żmien u għalhekk wieħed għandu jibqa’ kawtel.
Fil-jiem li għaddew xi persuni rċevew telefonata min-numri +41 74 278 5038/23, li huma numri Żvizzeri. Dawn kienu numri qarrieqa bil-ħsieb li jiġi sfruttat min jaqbad it-telefonata.