Numri ġodda għall-bibien f’Birżebbuġa u Ħad-Dingli

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali bagħtet tavża lir-residenti ta’ Triq il-Progress f’Birżebbuġa u Triq Misraħ Suffara f’Ħad-Dingli li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.

Ir-residenti huma mfakkra li għandhom iwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sal-10 t’Awwissu.