Numri ġodda għal triq fl-Iklin

Il-bibien fi Triq Alfred Gerada, l-Iklin, se jingħataw numri ġodda.
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti biex iwaħħlu n-numru l-ġdid u jaqilgħu l-qadim sa għaxart ijiem mis-7 ta’ April.
Wieħed jista’ jara l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta’ April jew jista’ jaċċessa s-sit tal-Kummissjoni Elettorali.