Numri ġodda għal bibien f’Birkirkara u Marsaskala

Ritratt: Annie Spratt

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’ Triq il-Melitella, Birkirkara u Triq is-Sallur, Marsaskala li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta’ Frar 2020, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni ‘Pubblikazzjonijiet’.

Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mis-7 ta’ Frar 2020.