Numri ġodda għal bibien f’5 lokalitajiet

Ritratt: Christian Stahl / Unsplash

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi ħabbret li l-bibien f’ċertu toroq f’Bormla, fil-Marsa, Ħal Safi, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żurrieq se jingħataw numri ġodda.

It-toroq huma dawn:

  • Triq id-Dejqa, Bormla;
  • Triq San Piju ta’ Pietrelcina, Il-Marsa;
  • Triq Stiefnu Erardi, Ħal Safi;
  • Triq iż-Żebbuġa l-Bajda, Ħaż-Żebbuġ u
  • Triq Saverio Laferla, Bubaqra, Iż-Żurrieq

Il-bibien f’dawn it-toroq uffiċjalment ingħataw numri ġodda. Il-Gvern fakkar lir-residenti li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-23 ta’ Ottubru, 2020.