NSO: 177,000 persuna f’Malta li għandha impjieg

Fit-tieni kwart tas-sena, jiġifieri bejn April u Ġunju li għadda kien hemm żieda fin-numru ta’ nies li jaħdmu.  Dan meta kkumparat mal-istess xhur tas-sena l-oħra.

Ċifri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li kważi nofs il-popolazzjoni tan-nies li għandhom iktar minn 15-il sena huma impjegati.

B’kollox f’Malta u Għawdex hawn 176,862 persuna li taħdem.

Persuni bla xogħol hawn 12,758 waqt li dawk li ma jirreġistrawx jammontaw għal 170,614.

65 persuna minn kull 100 għandha impjieg u dan japplika għal dawk bejn il-15 u l-64 sena.