Nouri ta’ Ajax jirkupra minn koma wara kważi 3 snin

L-eks plejer ta’ Ajax Abdelhak Nouri, li lura f’Lulju tal-2017 kien waqa’ f’nofs logħba, irnexxielu jirkupra minn koma wara kważi tliet snin. L-inċident kien seħħ waqt logħba ta’ ħbiberija kontra Weder Bremen.

Hu kien sarlu intervent fil-grawnd stess biex ireġġgħulu lura t-taħbita tal-qalb u wara ftit tal-ħin ittieħed lejn l-isptar. Minħabba l-inċident spiċċa biex affetwalu ħażin lil moħħu. Kellu jkun propju sentejn u disa’ xhur wara li seħħ l-inċident li Nouri rnexxielu jirkupra.

Ħuh Abderrahim waqt intervista qal li m’ilux wisq id-dar u b’hekk se jkunu jistgħu jieħdu ħsiebu mid-dar stess. Ħuh stqarr li għadu fraġli ħafna iżda hu konxju li jinsab id-dar ma’ familtu.