Notte Bianca fil-5 ta’ Ottubru li ġej

Din is-sena Notte Bianca se ssir nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru.

Kull sena din l-attivita’ tiġbed aktar minn 60,000 persuna fil-Belt Valletta u hija meqjusa bħala l-akbar avveniment kulturali fil-Belt Kapitali.

Apparti l-animaturi fit-toroq, fl-ispazji miftuħa se jiġu organizzati kunċerti mużikali.

Il-programm ta’ attivitajiet jinkludi wkoll żfin, drammi, bejgħ, gastronomija, poeżija, pittura, ikel u eżebizzjonijiet.

Ma jonqosx ukoll l-element umoristiku jew ta’ sorpriża kif ukoll logħob għat-tfal.

Għall-ewwel darba din is-sena wkoll, Notte Bianca ser ikollha ftuħ uffiċjali fis-6 ta’ filgħaxija.

L-aħħar avveniment fil-Kazin Malti ser jagħlaq dan il-lejl ta’ kultura u divertiment għall-ħabta tas-2 ta’ filgħodu.

Notte Bianca ser tittella’ bl-għajnuna tal-Kunsill Malti Għall-Kultura u l-Arti.