Notte Bianca: 70,000 persuna, 250 artist, 54 avveniment

DOI

Il-Ministeru għall-Kultura kkalkula li aktar minn 70,000 persuna marru l-Belt Valletta għall-attivitajiet tan-Notte Bianca lbieraħ fejn ħadu sehem 250 artist f’54 avveniment differenti.

Fi stqarrija, il-Ministru Owen Bonnici qal li “b’dawn l-inizjattivi qed tkompli tiġi valorizzata s-sbuħija tal-elementi li jsawru l-ekoloġija kulturali ta’ pajjiżna u jitressqu iktar u iktar familji lejn il-kultura.”

Matul il-lejl, is-Segretarjat għaċ-Ċittadinanza  organizza esebizzjoni fotografika fil-Berġa ta’ Kastilja b’rabta mat-traffikar uman. Din saret b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit, The Malta Independent, u MaltaToday.

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia ltaqa’ mal-pubbliku fil-bini tal-parlament li kien miftuħ għall-okkażjoni. Fl-istess ħin kien hemm ukoll wirja ta’ proġetti ta’ riċerka.

Fl-2020, in-Notte Bianca se jsir fit-3 ta’ Ottubru.

Notte Bianca fuq il-midja soċjali: