Notre Dame mingħajr quddies tal-Milied għall-ewwel darba f’200 sena

Read in English.

Għall-ewwel darba f’iżjed minn 200 sena, fil-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi mhix se ssir quddiesa tal-Milied, minħabba n-nirien li ħakmu l-Katidral f’April li għadda.

Kelliema għad-Djoċesi ta’ Pariġi qalet lil Reuters li l-aħħar darba li ma kienx hemm quddies ta’ nofsillejl kien fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Mill-1803 sal-lum kien hemm quddiesa kull sena.

In-nirien tal-15 t’April wasslu biex jisfronda s-saqaf tal-Katidral, iżda l-kampnari ewlenin u l-ħitan ta’ barra ma ċedewx, u ġew salvati anke relikwi u biċċiet ta’ arti prezzjużi.