Notifika lill-Kunsilli Lokali biex jindirizzaw is-sigurtà fit-toroq

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo appella lill-Kunsilli Lokali sabiex jagħtu priorità lis-sigurtà tat-toroq residenzjali.
Fi stqarrija ntqal li matul dawn l-aħħar xhur saru diversi laqgħat fil-Kunsilli Lokali fejn tqajmet il-ħtieġa li jkun hemm aktar sigurtà fit-toroq.
Intqal li ntbagħtet notifika lill-Kunsilli Lokali biex dawn jaraw li s-sinjali fit-toroq ikunu konformi ma’ standards nazzjonali u internazzjonali.
Il-Kunsilli Lokali ġew mitluba wkoll sabiex jiżbgħu s-sleeping policemen kollha tal-lokalità tagħhom sabiex dawn ikunu viżibbli għas-sewwieqa filwaqt li kienu mitluba wkoll biex jipprovdu tabelli neċessarji bħala avviż lis-sewwieqa.