Isibu noti mxerrda mal-librerija tal-Università

Dawk li kienu qed jistudjaw l-Università ta’ Malta fil-jiem li għaddew, sabu messaġġi ta’ kuraġġ miktubin fuq karta fuq xi mwejjed.
Xi ħadd li ħass li għandu jnissel tbissimha fuq l-uċuħ ta’ bosta studenti li bħalissa għaddejjin jistudjaw u jaħdmu fil-librerija tal-Università, beda’ katina ta’ messaġġi li qed jiġu mxerrda fuq instagram taħt il-hashtag #goodheartsuom.
Fost il-messaġġi ta’ kuraġġ, in-noti jgħidu li l-marki li wieħed iġib ma jiddeterminawx kollox u li għaldaqstant il-persuna hija aktar importanti mill-marki li kapaċi ġġib.
Messaġġ ieħor qed jiċċirkola €2 għal dawk li jixtiequ li jħallu l-basket tagħhom f’locker fil-librerija iżda nqabdu mingħajr flus. Il-messaġġ jgħid kif malli wieħed jagħmel użu mit-€2, jgħaddi n-nota u l-flus lil xi ħadd ieħor sabiex jagħmel użu minnha.
X’jgħidu n-noti li tqassmu fil-liberija?

Inti sibt xi nota waqt li kont il-librerija tal-Università? Ibgħatilna r-ritratti fuq info@newsbook.com.mt.