Nota ħelwa għal żagħżugħ Għawdxi

Francis James Camilleri mir-Rabat Għawdex rebaħ il-premju tal-Kumitat Festival San Lawrenz bħala rikonoxximent għal-ħiliet mużikali tiegħu.
Camilleri, li għandu 20 sena pparteċipa f’diversi attivitajiet mużikali kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
Il-kumitat spjega li jippremja lil persuna żagħżugħa Għawdxija kull sena bl-għan li jagħtu spinta liż-żgħażagħ fil-qasam kulturali.