Norman Vella jallega li saru fake profiles mid-Dar Ċentrali

Il-ġurnalist Norman Vella qed jallega li saru profili foloz fuq Facebook mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista li jintużaw għal “diskorsi u kitbiet mimlijin tgħajjir, insulti u theddid indirizzati lejn Deputati, uffiċjali u eks uffiċjali, attivisti u persuni oħrajn li esprimew nuqqas ta’ qbil mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.” Vella, li kkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali  u anke l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew tal-2014 mal-PN, qal li jiddispjaċih ħafna li l-kundanni li stenna lejn dan l-aġir ma waslux.

Aqra: Jistaqsi x’għandu jiġri minn Jean Pierre Debono peress li “nqabad darbtejn”

Dan qalu f’kitba fuq Facebook li fiha ddiżassoċja ruħu minn mal-“kitbiet aggressivi” fil-konfront ta’ Jean Pierre Debono u oħrajn qribu f’dawn l-aħħar jiem, wara li nhar is-Sibt hu ntgħażel biex ikun il-Membru Parlamentari li jieħu post David Stellini waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN. Din il-laqgħa ġiet segwita minn kontroversja u diżgwid fi ħdan il-Partit, tant li saħansitra rreżenjaw il-President tal-Kumitat Mark Anthony Sammut u t-Teżorier David Camilleri. Sammut u bosta oħrajn allegaw li l-votazzjoni bejn Debono u Kevin Cutajar saret b’qerq. Debono nhar it-Tnejn ħabbar li mhuwiex se jieħu l-ġurament tal-ħatra.

Aqra: Jean Pierre Debono mhux se jieħu l-ġurament tal-ħatra

Min-naħa tiegħu, Vella appella lil dawk li qegħdin jiktbu kontra Debono u oħrajn biex irażżnu t-ton jew jieqfu għalkollox, b’turija ta’ rispett lejn Debono stess, familtu, ħbiebu, nies fil-Partit li għandhom fiduċja fih u anke dawk li vvutawlu fl-elezzjoni ġenerali tal-2017.

Aqra: Jean Pierre Debono jgħid kemm jaqla’ kull xahar mill-PN

Qed ninnota bosta kitbiet aggressivi fl-konfront ta’ Jean Pierre Debono u oħrajn qrib tiegħu b’ton u kliem li ma…

Posted by Norman Vella on Tuesday, June 4, 2019