“Norbtu l-ġustizzja soċjali ma’ dik ekoloġika” – Cacopardo

Carmel Cacopardo, Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika u kandidat tal-AD għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej, saħaq li l-Ħodor Ewropej jorbtu l-ġustizzja soċjali ma’ dik ekoloġika.

Waqt żjara fil-kwartieri tal-General Workers’ Union fil-Belt Valletta, Cacopardo stqarr li hemm bżonn politika industrijali lokali u Ewropea, minħabba dipendenza kbira fuq servizzi finanzjarji, kumpaniji fantażma u logħob tal-azzard.