Nora Quoirini mietet minħabba stress u nuqqas ta’ ikel

Il-pulizija tal-Malasja qalet li ż-żgħażuagħ Nora Quoirin mietet minħabba dmija fl-intern li jista’ jkun kien ikkaġunat minn ġuh u stress. Huma żiedu li mill-awtopsja li saret, ma kienx hemm evidenza li ġiet attakkata sesswalment jew inħatfet minn xi ħadd.

Il-kelliem għall-pulizija qal li sar magħruf ukoll li l-ġisem instab madwar jumejn jew tliet ijiem wara li kienet mietet. Fuq saqajha nstabu xi grif, iżda l-esperti assiguraw li dawn ma kinux il-kaġun tal-mewt.

Quoirin li kellha 15-il sena u kellha bżonnijiet speċjali kienet qiegħda fuq btala mal-familja tagħha meta għebet minn kamartha minn Dusun Resort fl-4 ta’ Awwissu.

AQRA: Jinstab ġisem it-tfajla Ingliża li għebet fil-Malasja

Il-familja tat-tfajla Ingliża Nora Quoirin, li l-katavru tagħha nstab fil-Malasja, stqarrew li għandhom qalbhom maqsuma u li ma jistgħux jifhmu din il-kattiverja.

AQRA: Titkellem il-familja ta’ Nora li nstabet bla ħajja fil-Malasja