Noqorbu lejn it-tmiem ta’ Ħbieb u Għedewwa

Qed noqorobu lejn it-tmiem tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa hekk kif illum Melita More, Channel 315 se jkun qed ixandar il-95 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun.

Fl-episodju tal-lum il-Ġimgħa, Etienne dwar xiex ikun irid ikellem lil Chris? Dan x’se jirrispondieh u kif iġġustifika ruħu?

Feliċ imur jiltaqa’ ma’ Gloria fil-maħżen. Min se jkun hemm magħha? U x’se jgħidu fi triqithom lejn il-maħzen?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Repetizzjoni tal-episodju tal-lum tixxandar it-Tnejn fl-10.15am fuq Melita More.

Mill-ġimgħa d-dieħla jibdew jixxandru l-ħames puntati tas-sensiela li se jwasslu għall-finali tas-sensiela Ħbieb u Għedewwa.