Nonfqu €600 miljun inqas jekk nixorbu l-ilma tal-vit – KE

Arkivji

Skont il-Kummissjoni Ewropea (KE), il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) jiffrankaw mas-€600 miljun fis-sena jekk jixorbu l-ilma tal-vit minflok dak tal-fliexken tal-plastik.

Fi stqarrija l-Kumitat għall-Ambjent tal-Parlament Ewropew (PE) faħħar l-inizjattiva tal-Kummissjoni permezz tad-Direttiva għall-Ilma tax-Xorb li permezz tagħha qed twettaq pass importanti fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Plastiks tal-UE u jkun pass importanti lejn tnaqqis tal-ammont ta’ plastik fl-ambjent.

Il-Kumitat, stqarr li l-aċċess għall-ilma għandu jkun aktar faċli għaċ-ċittadini tal-UE u dan għandu jkun provdut b’xejn anke f’faċilitajiet bħal ristoranti u kantins.

Il-PE saħaq li bil-leġiżlazzjoni l-ġdida l-ammont ta’ kimika u materjal ieħor bħaċ-ċomb u micro plastics ma għandhomx ikunu preżenti fl-ilma tax-xorb.