Nomina waħda għas-siġġu ta’ Marie-Louise Portelli

Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet nomina waħda għall-elezzjoni każwali biex jimtela l-post għall-Kunsillier Lokali tal-Ħamrun wara r-riżenja tal-Kunsilliera Marie-Louise Portelli.

Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet n-nomina ppreżentata hija ta’ Joseph Cuschieri. L-għadd tal-voti se jsir fis-27 t’Ottubru  f’12pm fl-Uffiċċju Elettorali Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.