Nomina ġdida mill-Gvern Ungeriż għall-Kummissarju Ewropew

FILE PHOTO: Hungarian Prime Minister Viktor Orban arrives to take part in a European Union leaders summit, in Brussels, Belgium July 2, 2019. Geoffroy Van Der Hasselt/Pool via REUTERS

Il-Gvern Ungeriż innomina lill-Ambaxxatur tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropeja Oliver Varhelyi bħala l-kandidat il-ġdid tal-Ungerija għal-kariga ta’ Kummissjaru Ewropew wara li l-persuna nominata oriġanarjament mill-Gvern Ungeriż ma’ ġietx aċċettata mill-Membri Parlamentari Ewropej.

L-ex-Ministru tal-Ġustizzja Laszlo Trocsanyi, ma ġiex aċċettat mill-Kumitat għall-affarijiet legali tal-Parlament Ewropew minħabba kwistjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess.

Il-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban qal li l-President Ursula Von Der Leyen, li filwaqt li aċċetta t-talba tagħha, pajjiżu mhux ser jħalli lil ħadd jagħmel l-għażla hu. Id-dritt tan-nomina huwa tal-pajjiż, tenna Orban.

Dan fisser problema inqas għal Von Der Leyen, hekk kif kien maħsub li kien ser ikun hemm reżistenza għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew. Apparti l-kandidat nominat mill-Gvern Ungeriż, kien hemm ukoll sitwazzjoni simili fil-każ tal-persuna nominata mir-Rumanija.

Sa issa r-Rumanija ma’ nnominat lill-ħadd.