Noah’s Ark għandha bżonn l-għajnuna tiegħek

FB: Noah's Ark

Read in English.

L-organizzazzjoni Noah’s Ark se tiftaħ il-bibien tagħha nhar il-Ħadd 26 ta’ April bejn id-9:30am u l-4:00pm. Dan se jsir bil-għan li jinġabru l-flus biex ikun jista’ jsir saqaf għal uħud mill-gaġeġ fejn qed jinżammu l-klieb bħalissa. Dan qed isir bil-għan li l-klieb ikollhom saqaf tajjeb biżżejjed li jilqa’ kontra s-sħana, ix-xita u r-riħ.   

Fuq Facebook l-organizzazzjoni appellat għall-isponsors li huma lesti li jgħinu f’din l-inizjattiva. Noah’s Ark qalet li min jixtieq ikollu post fejn jbigħ il-prodotti tiegħu waqt l-open day hu mitlub li jagħmel donazzjoni ta’ €25 b’risq l-organizzazzjoni stess.

Our Open Day is scheduled for Sunday 26th April from 9.30am until 4pm. Money raised will go towards installing roofing…

Posted by Noah's Ark Dog Sanctuary Volunteers on Sunday, February 16, 2020

Min hu interessat jista’ jkellem lill-organizazzjoni fuq Facebook jew iċempel lil Cindy fuq 99449495.