Nofs miljun persuna mietu bil-Covid-19 fl-Ewropa

Health workers, community response, Iran, medical supplies, medicines
WHO

L-Ewropa saret l-ewwel reġjun li rreġistra iktar minn nofs miljun mewt bil-COVID-19. Din iċ-ċifra nqabżet it-Tlieta, kienet rapurtata fl-isfond tat-tħassib madwar il-kontinent Ewropew minħabba l-varjant ġdid tal-koronavirus li kien rapurtat fir-Renju Unit. L-Għaqda Dinija tas-Saħħa llum ser tiddiskutu dan il-varjant. 

Wara r-rapporti tal-varjant tal-Covid-19, ġie ordnat lockdown strett fir-Renju Unit waqt li  għexieren ta’ pajjiżi madwar il-kontinent u d-dinja għalqu l-fruntieri tagħhom għal vjaġġaturi Ingliżi.

L-Italja, huwa l-pajjiż li għandu l-ogħla ammont ta’ mwiet fl-Ewropa, madwar 30% tal-imwiet u anke tal-każijiet globali ta’ COVID-19 s’issa.

In-numru tal-imwiet fl-Ewropa aċċellera fl-aħħar xhur. L-ewwel mewt tal-COVID-19 kienet irrappurtata fi Franza fi Frar. Waqt li kellhom jgħaddu tmien xhur biex ir-reġjun laħaq il-250,000 mewt, f’temp ta’ 60 jum l-ammont ta’ mwiet żdied għal 500,000 .

Globalment kien hemm 77.52 miljun każ u 1.71 miljun mewt.