Nofs l-elettorat ivvota wkoll għall-Kunsilli Lokali

Nofs l-elettorat ivvota wkoll għall-Kunsilli Lokali. B’kollox kien hemm elezzjoni lokali fi 33 lokalità. Il-Kummissjoni Elettorali qalet li minn ċifri approssimattivi ivvutaw 82% ta’ dawk intitolati jivvutaw. Il-lokalitajiet bl-ogħla perċentwal kienu l-Imtarfa u l-Gudja 94% filwaqt li dawk bl-inqas perċentali kien tas-Sliema 57%. L-għadd tal-voti ta’ dawn se jsir nhar is-Sibt li ġej.

Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – Marzu 2013 – Persentaġġ Approssimattiv ta’ votanti li vvutaw illum is-Sibt, 10 ta’ Marzu, 2013

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw fl-Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali li saru llum is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 2013, kien ta’:
Il-Belt Valletta 83%
Bormla 86%
Ħaż-Żabbar 93%
Iż-Zejtun 92%
Ir-Rabat (Għawdex) 87%
Birkirkara 88%
Il-Fgura 92%
Il-Fontana 84%
Il-Gudja 94%
L-Għarb 73%
L-Għasri 76%
Ħal Għaxaq 93%
Il-Kalkara 90%
Ħal Lija 79%
Marsaskala 80%
Il-Mellieħa 71%
L-Imġarr 89%
L-Imqabba 91%
L-Imsida 68%
In-Naxxar 84%
Pembroke 86%
Tal-Pieta’ 83%
Il-Qrendi 92%
Ir-Rabat (Malta) 90%
San Gwann 82%
Ta’ Sannat 84%
Santa Venera 90%
Tas-Sliema 57%
Ta’ Xbiex 74%
Ħal Tarxien 92%
Ix-Xewkija 89%
Ix-Xgħajra 90%
L-Imtarfa 94%