Nofs it-talbiet biex titnaqqas il-piena jiġu milqugħa

Madwar nofs it-talbiet minn ħabsin biex titnaqqas il-piena tagħhom jiġu milqugħa.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi.
Abela fisser li fl-2014 intlaqgħu 109 talba minn 195 applikazzjoni li saret.
Is-sena li għaddiet, il-Bord tar-Remissjoni aċċetta 62 talba minn 127.
Intant, fi tweġiba separata għall-domanda tal-istess interpellant, Abela spejga li f’Diċembru 2014 il-popolazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienet ta’ 581, li minnhom 138 kienu taħt arrest preventiv waqt li 443 kienu ssentenzjati.