Nofs is-segwaċi tal-Kardashians fuq Instagram huma foloz

Miljuni mis-segwaċi tal-aħwa Kardashian fuq Instagram huma foloz, skont studju li sar.

Il-ġurnal The Mirror irrapporta li investigazzjoni li saret riċentament mill-Istitut għall-Mużika Kontemporanja (ICMP) sabet li ħafna mill-kontijiet taċ-ċelebritajiet online għandhom segwaċi li mhumiex ta’ veru. L-investigazzjoni twettqet billi sar awditjar tas-segwaċi.

L-ewwel li ġiet fil-lista kienet Ellen DeGeneres b’58% mill-75 miljun segwaċi tagħha falz. Warajha kien hemm il-grupp BTS bi 48% mid-19-il miljun segwaċi falz, u Kourtney Kardashian b’49% segwaċi foloz mit-80 miljun persuna li ssegwiha.

Kim, li għandha 143 miljun segwaċi, u Khloe, li għandaha 96 miljun, it-tnejn għandhom 44% minnhom li huma foloz. Mill-140 miljun segwaċi ta’ Kylie Jenner hemm 30% li huma foloz.

Ċelebritajiet oħra li ssemmew fuq din il-lista kienu Ariana Grande, Taylor Swift, Miley Cyrus u Priyanka Chopra.