Nofs is-safar tal-Maltin fl-Italja jew fir-Renju Unit

49.7% tas-safar tal-Maltin fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra sar fl-Italja jew fir-Renju Unit.
Is-safar lejn pajjiżi ‘l barra mill-Unjoni Ewropea żdied b’34.3%.
Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li juri li l-Maltin żiedu s-safar tagħhom b’16.6% bejn Ottubru u Diċembru tas-sena l-oħra u l-istess xhur tas-sena ta’ qabel.
L-istess statistika turi wkoll li fl-aħħar tliet snin, għal kull sena kien hemm aktar Maltin li siefru.
It-tul medju taż-żjara tal-Maltin f’pajjiż ieħor kienet ta’ 6.5 ljieli. Din ir-rata rreġistrat tnaqqis matul dawn l-aħħar tliet snin.
L-aktar destinazzjonijiet popolari tal-Maltin matul is-sena l-oħra kienu:

  1. Italja
  2. Renju Unit
  3. Ġermanja
  4. Spanja
  5. Franza
  6. Belġju