Nofs il-votanti reġistrati għall-elezzjoni bikrija vvutaw sas-2pm

Il-Kummissjoni Elettorali qalet li sas-2pm ta’ waranofsinhar, aktar min-nofs il-votanti li rreġistraw biex jivvutaw fl-elezzjoni bikrija li qed issir illum kienu vvutaw.

Għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, 7,301 persuna kienu rreġistraw li jivvutaw ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-ġimgħa d-dieħla filwaqt li l-voti mitfugħa sas-2pm kienu ta’ 3,888. Dan iffisser li vvutaw 53% tal-votanti rreġistrati.

Għall-elezzjonijiet Ewropej, il-persuni reġistrati kienu 7,371 filwaqt li l-voti mitfugħa kienu 3,868 li jfisser 52% tal-voti reġistrati.

Il-ġurnata uffiċjali tal-elezzjoni hija nhar is-Sibt li ġej 25 ta’ Mejju bejn is-7am u l-10pm, bl-ewwel riżultati mistennija bejn is-2am u t-3am tal-Ħadd filgħodu.

Elezzjonijiet 2019: L-ewwel riżultati mistennija kmieni l-Ħadd