Nofs il-Maltin li siefru marru l-Italja jew r-Renju Unit

Read in English.

Aktar minn nofs il-Maltin li siefru bejn April u Ġunju tal-2019 marru l-Italja jew fir-Renju Unit, skont statistika miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Fi stqarrija, l-NSO qalet li t-total ta’ turisti li siefru minn Malta lejn pajjiż ieħor fit-tieni kwart tal-2019 kien stmat għal 158,161 li jfisser żieda ta’ 8.2% fuq l-istess kwart tal-2018. L-Italja u r-Renju Unit baqgħu l-aktar destinazzjonijiet popolari b’52% tal-vjaġġi tat-turisti.

Bejn Jannar u Ġunju tal-2019, kien hemm 305,001 vjaġġi lejn post barra minn Malta li jfisser żieda ta’ 7.4% fuq l-2018. It-total tal-iljieli żdied b’2.4% b’total ta’ 1.8 miljun lejl.

X’joħroġ mill-istatistika ta’ bejn April u Ġunju tal-2019?

  • In-nies użaw low-cost airlines l-aktar
  • Kien hemm aktar irġiel milli nisa li siefru
  • Dawk ta’ bejn il-25 u l-44 sena siefru l-aktar
  • Il-maġġoranza tad-destinazzjonijiet kienu fi ħdan l-Unjoni Ewropea
  • In-nies qattgħu sebat iljieli jew aktar waqt iż-żjara tagħhom