​Nofs il-ħaddiema stressjati minħabba xogħolhom

Stħarriġ li sar mill-UE jindika li l-istress huwa t-tieni l-ikbar problema ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol.
Joħroġ ukoll li nofs il-ħaddiema intervistati qalu li l-istress huwa komuni ħafna fix-xogħol taghħom.
Iċ-Chairperson tal-Awtorità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol Deo Debattista qal li nofs il-ġranet mitlufa huma marbuta ma’ stress fil-lant tax-xogħol.
Spjega li dan jiġi kkawżat fost l-oħrajn anka minn biża’ li persuna titlef postha. Oħrajn jgħidu li l-istress fuq il-post tax-xogħol huwa kkawżat minn sigħat twal ta’ ħidma jew pressjoni ta’ xogħol żejjed.
Bullying u fastidju ieħor fuq il-post tax-xogħol ukoll jikkontribwixxu għall-istress fil-ħaddiema.
Deo Debattista temm jgħid li n-negozji żgħar u medji għandhom tendenza li jkunu reattivi minflok ma jaddottaw miżuri ta’ prevenzjoni li jistgħu inaqqsu l-istress.
Kien għalhekk li tkellem dwar app interattiva fuq l-internet “OIRA” li tgħin lin-negozji ż-żgħar jevalwaw ir-riskju fuq il-lant tax-xogħol, mingħajr il-bżonn li jitqabbdu konsulenti esterni.