Aġġornata: Nofs Għawdex bla dawl

Għall-ħabta ta’ 12.37pm, parti kbira ta’ Għawdex kienet mingħajr dawl. Id-dawl beda jiġi lura għall-ħabta ta’ 12.45.

Kelliem għall-Enemalta qal ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm “high tension fault” li tfisser li kien hemm problema li taffettwa parti kbira tal-gżira.

Skont l-Enemalta, problema bħal din ġeneralment ddum bejn siegħa u tliet sigħat biex tissolva.

Għalkemm l-Enemalta ma setgħetx tispeċifika liema lokalitajiet ġew affettwati, Newsbook.com.mt jista’ jikkonferma li d-dawl inqata’ minn tal-inqas f’Marsalforn u fix-Xagħra.