Aġġornata: Id-dawl f’Għawdex lura għan-normal

Aġġornata 3.30pm
Il-Kelliem għall-Enemalta kkonferma ma' Newsbook.com.mt li l-provvista tal-elettriku f'Għawdex reġgħet lura għan-normal.
Spjega li l-qtugħ ta' dawl kien ikkawżata minn ħsara fin-netwerk distributorja wara li ttrippjaw xi substations. 
Għal kuntrarju ta' dak li ntqal lil Newsbook.com.mt aktar kmieni, il-kelliem għall-Enemalta qal li l-uniku lokalitajiet li ma kellhomx dawl kienu Marsalforn, iż-Żebbuġ u x-Xagħra.

Aktar kmieni
Numru ta’ lokalitajiet f’Għawdex jinsabu mingħajr provista tad-dawl.
Newsbook.com.mt ikkonferma mal-Enemalta li bħalissa hemm kważi nofs Għawdex bla dawl. Intqal li żviluppat xi ħsara u l-qtugħ ta’ dawl mhux mistenni jiġi qabel tliet sigħat oħra. Kelliem għall-Enemalta ma kienx f'pożizzjoni li jsemmi liema huma l-lokalitajiet milquta.
Fost il-lokalitajiet bla dawl hemm Marsalforn, iż-Żebbuġ u x-Xagħra.