Nofs biss tat-tfal Amerikani jgħixu mal-ġenituri miżżewġa tagħhom

Familji stabbli joffru futur sabih għal uiedhom

Bħalissa, fl-Istati Uniti, wieħed minn kull żewġt itfal huma mrobbi miż-żewġ ġenituri naturali tiegħu li huma miżżewġin lil xulxin.

Dan ir-riżultat hu bażat fuq in-numru ta’ studenti bejn 17 u 18-il sena li jattendu skola għolja li kienu qed jgħixu maż-żewġ ġenituri miżżewġa tagħhom fl-2016. Ir-rapport ħareġ mill-Istitut għall-Istudji tal-Familja.

Ir-Rapport li nkiteb minn żewġ riċerkaturi: Nichoas Zill u Bradford Wilcox, analizza data mogħtija mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni Amerikan u jgħid li “l-fatt li dawn it-tfal għdhom jgħixu f’din it-tip ta’ familja meta waslu lejn tmiem l-edukazzjoni obbligatorja tagħhom, ifisser li l-maġġoranza kbira tagħhom għexu f’dawn id-djar sa mit-twelid”.

Billi r-rata taż-żwiġijiet fl-Istati Uniti qed tonqos, li anqas tfal qed jgħixu mal-ġenituri miżżewġa tagħhom, mhux sorpriża.

Fost l-istudenti l-kbar li l-ġenituri tagħhom ħadu edukazzjoni f’xi Kulleġġ jew istitutzzjoni ogħla, 64% għexu mal-ġenituri tagħhom u kienu għadhom jagħmlu hekk fl-2016.  Aktar ma’ mara u raġel ikollhom edukazzjoni akbar iċ-ċans li dawn jiżżewġu u jibqgħu miżżewġin waqt li qed irabbu t-tfal.

L-istudju li sab i 29% biss tal-istudenti li l-ġenituri tagħhom ma waslux sa l-iskola għolja, għadhom għexu mal-ġenituri miżżewħa tagħhom mit-twelid sal-lum.

L-istudju eżamina wkoll ir-razza tal-istudenti. L-aktar grupp stabbli hu dak ta’ tfal Asjatiċi-Amerikani fejn żewġ terzi għaxu mal-ġenituri miżżewġin tagħhom. L-istess jista’ jingħad għal 58% tat-tfal b’karnaġjon abjad.

Inqas minn kwart tat-tfal Afro-Amerikani kellhom l-esperjenza li jgħixu f’dar flimkien ma’ żewġ ġenituri miżżewġin filwaqt li 45% tat-tfal Hispanics għamlu esperjenza simili.

Ir-rapport eżamina wkoll 50% tat-tfal li ma trabbewx maż-żewġ ġenituri miżżewġa. Instab li 23 fil-mija trabbew minn ommhom biss. 11% trabbew minn wieħed mill-ġenituri naturali u ġenitur mhux naturali. 6 fil-mija trabbew mill-missier waħdu u 10% kellhom trabbija mħallta man-nanniet, jew kienu f’foster care, jew ma ġenitur wieħed li kien jikkobita ma’ ħaddieħor, kienu adottati jew qed jgħixu ma’ koppji tal-istess sess.

Ħareġ evidenti li tfal li jitrabbew mal-ġenituri bioloġiċi tagħhom it-tfulija kollha, ikunu tfal aħjar u jmorru aħjar fl-iskola u ma jirrepetux jew ikunu sospiżi mill-iskola jew jitilqu l-iskola qabel iż-żmien. It-tfal jibbenefika meta jitrabbew fi żwieġ stabbli kemm jekk il-familja tkun sinjura u anke jekk tkun fqira.

L-awturi tar-rapport qalu li s-soċjetà Amerikana għandha tagħmel sforz akbar fuq il-privileġġ li t-tfal jiksu minn żwiġijiet stabbli għax is-suċċess tal-futur tagħhom jiddependi minn dan.