“Noffru kenn lill-immigranti fid-djar tagħna”

Read in English.

"Jiena u familji oħra nixtiequ nġibu l-immigranti joqogħdu għandna" – Peppi Azzopardi

Posted by Peppi Azzopardi on Tuesday, April 14, 2020

Peppi Azzopardi, fuq inizjattiva personali, qed iniedi inizjattiva biex familji Maltin, għal dan il-perjodu li għaddejjin minnu, jilqgħu għandhom id-dar, familji ta’ immigranti li bħalissa jinsabu bejn sema u ilma.

Peppi Azzopardi kiteb lill‑Prim Ministru biex jgħidlu li “diversi familji lesti jieħdu sehem f’din l‑inizjattiva u b’hekk tonqos il-pressjoni minn fuq l-Istat Malti”.

Fi vlogg li għadu kif tella’ fuq il-midja soċjali Peppi Azzopardi jgħid li dan huwa mument uniku fejn din l-inizjattiva tista’ ssir realtà. “Ħafna familji qegħdin jgħixu ġewwa, jaħdmu mid‑dar u allura jistgħu jkunu kontinwament ma’ dawn l‑immigranti u jaraw li jifhmu l-gravità tas-sitwazzjoni ta’ dan il‑virus, kif ukoll jitgħallmu fuq xulxin minn xulxin u jgħixu bħala familja waħda.”

Peppi Azzopardi jagħmel appell lil dawk li, għal dan il-perjodu tal-pandemija, jixtiequ jżommu magħhom familji jew numru ta’ immigranti, wara li jkun stabbilit mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li jistgħu joqogħdu mal-familji, biex iċemplulu fuq il‑mowbajl tiegħu 79477733 jew jibagħtu imejl fuq peppiazzopardi@gmail.com jew messaġġ privat fuq Facebook.

Peppi Azzopardi jgħid li hu kellu diskussjoni twila mal-familja tiegħu u flimkien qablu li huma wkoll joffru kenn lill-immigranti fid-dar tagħhom.

Azzopardi jagħmilha ċara li din issir realtà, din tkun inizjattiva kompletament volontarja u l‑familji li jospitaw l-immigranti mhu se jirċievu ebda ħlas mill-awtoritajiet.

Peppi Azzopardi qed jitlob lill‑awtoritajiet biex isir monitoring “fuqna l-familji li nospitaw” biex ikun żgurat li dawn l-immigranti jkunu trattati bħala parti mill-familja.

Peppi Azzopardi jgħid li wħud qed jinsistu li “insalvawhom u nibagħtuhom lura l-Libja minn fejn telqu”. Azzopardi jsostni li l-Libja bħalissa qiegħda f’nofs gwerra ċivili. Huwa jiftakar kif meta hu kien il-Libja  f’nofs gwerra ċivili kien jara kif dawn l-immigranti kienu trattati. “Torturati bl‑iktar mod oxxen, jinqatlu kiesaħ u biered qisu ma miet ħadd. Uħud minnhom ikunu stuprati.” Peppi Azzopardi jsemmi persuna Maltija li ftit jiem ilu nqabdet il-Libja u kitbet fuq Facebook, “Fejn qiegħed qed nisma’ l‑bombi u l‑isparar kontinwu. Tal-biża’ hawn. Irrid niġi lura Malta”. 

Oħrajn lesti li jsegwu fil-passi ta’ Peppi

Fost il-persuni l-oħrajn li offrew li jagħmlu l-istess kien hemm il-Membru Parlamentari Marlene Farrugia.

Our family too will take in migrants who are in danger of dying.Christians Stand Up.

Posted by Claude Camilleri on Tuesday, April 14, 2020