Aġġornata: Noel Sciberras lura Malta wara 47 ġurnata maħtuf fil-Libja

Noel Sciberras, il-Malti li nħataf il-Libja minn grupp ta’ kriminali, wasal lura Malta wara li nħeles nhar l-Erbgħa li għadda.
Il-milizzja ta' Rada, li ħelset lil Scibberas wara 47 jum maħtuf, tellgħu ritratti fuq Facebook, tal-Malti qabel tela’ ajruplan żgħir li waslu Malta.
Noel Sciberras wasal lura Malta tard ilbieraħ filgħaxija u dwar dan Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijet lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Kelliem għall-Ministeru qal ukoll li l-Ministeru ta l-għajnuna kollha meħtieġa f'dan il-każ.
Sciberras huwa direttur ta’ kumpanija li tamministra parkeġġi fi Tripli.
Il-kriminali li ħatfuh kienu qed jitolbu $5 miljun għall-ħelsien tiegħu.