Aktar kmieni dalgħodu tressaq il-qorti l-ġuvni t’għoxrin sena li tajjar 8 persuni li kienu mixjin fuq bankina f’San Ġiljan nhar il-Ġimgħa li għadda.
Kliem iż-żagħżugħ kienu emozzjonali hekk kif qal li ma jista’ qatt jaħfer lilu nnifsu ta’ dak li għamel u skuża ruħu għal dak li kkaġuna.
L-avukat difensur tal-ġuvni, qal li l-klijent tiegħu wettaq żball fatali li se jkollu jibqa’ jġorr tul ħajtu.
Wieħed mill-persuni midruba spiċċa biex tilef ħajtu ftit jiem biss wara l-inċident.