Nixtieq Nistaqsi…laqgħa kull l-ewwel Ħamis tax-xahar

Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar se jibdew isiru laqgħat mill-grupp ġdid ta’ apoloġetika – Nixtieq Nistaqsi.
Fr Hector Scerri, flimkien mal-Koordinatur tal-laqgħat Joseph Vella-Zarb, qed jistiednu lin-nies biex jipparteċipaw f’diskussjonijiet li għandhom jgħinuhom isibu t-triq tal-verità u jiċċaraw xi dubji oħrajn li jistgħu jressqu waqt l-istess laqgħat.
Il-laqgħat se jsiru fis-6pm fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana (dħul minn Triq l-Iljun). L-ewwel laqgħa se ssir għada l-Ħamis u se tittratta l-Eżistenza ta’ Alla. Se jmexxi d-diskussjoni Fr Mark Sultana.
Dawk interessati għandhom jibagħtu isimhom u l-età fuq bniedem@gmail.com jew iċemplu fuq 21633369.
Id-dħul għal dawn il-laqgħat hu bla ħlas.