“Nixtieq li l-Mulej jisilfek ħafna aktar snin ta’ saħħa” – Gino lil Elio

Gino Lombardi & Elio Lombardi

Ġurnata speċjali għall-awtur, attur, produttur u direttur Elio Lombardi f’okkażjoni ta’ għeluq is-87 sena tiegħu. Twieled f’Tas-Sliema bħal-lum il-5 ta’ Novembru tal-1933. Huwa iben it-tieni fost sitt ulied ta’ Joseph u Valentina.

Apparti s-sehem tiegħu fl-industrija tal-films, Elio huwa wkoll pittur, kantant u ħajjat. Ilu fil-qasam tal-films sa mill-1981 u s’issa ħadem aktar min 90 film, u għandu oħrajn li wkoll għad irid joħroġ.

Elio għandu erbgħa wlied l-awtur u attur Gino, kif ukoll Zepi, Aldo u Louiselle. Huwa wkoll nannu ta’ erbgħa u bużnannu ta’ tnejn.

Surprise Dinner For Elio Lombardi 😍😘❤👑

Posted by Elio Lombardi on Friday, November 2, 2018

Fost dawk li llum awguraw l-isbaħ xewqat lil Elio kien hemm ibnu Gino li rrimarka li għall-età tiegħu missieru għadu f’saħħtu u jista’ jagħmel dak li jħobb, joħloq stejjer interessanti u jiffilmjahom għad-divertiment tal-poplu Malti u Għawdxi.

“Nixtieq li l-Mulej jisilfek ħafna aktar snin ta’ saħħa,” temm jgħid il-messaġġ ta’ Gino.

Nawguraw lil Elio l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.