“Nixtieq inkun ħdejn ommi ta’ 92 sena” – il-Kaptan tal-Lifeline

Il-Kaptan Claus-Peter Reisch qal li jixtieq jmur lura d-dar biex jara l-ommu li għandha iktar minn 90 sena u li fil-jiem li ġejjin din se tkun qed tagħlaq sninha.

Reisch sostna li huwa l-unika persuna li jieħu ħsieb il-ommu. Id-difiża llum infurmat il-Qorti bit-talba ta’ Reisch biex ikun jista’ jmur il-Ġermanja għal ġimgħatejn.

Reisch kompla jgħid li filwaqt li Malta hi sabiħa, huwa jispera li mhux se jdum hawn. Huwa qal ukoll li jaħseb li kulħadd jixtieq jara li dal-każ jispiċċa malajr.

Il-Kaptan saħaq li l-isalva l-ħajjiet qatt mhu reat. L-attivisti li kienu preżenti ċapċpu lil Reisch hu u ħiereġ mill-Qorti.

Neil Falzon mill-Fondazzjoni aditus semma l-velja li se jkun hemm illejla ġewwa l-port ta’ Marsamxett. Neil Falzon u Cedric Mifsud li huma parti mid-difiża taw kummenti lill-midja fuq dak li ġara dalgħodu fil-Qorti.