“Nitolbu għal dawk li ma jistgħux jieħdu vaganzi fis-sajf” – Il-Papa

Il-Papa Franġisku appella biex il-poplu jitlob għal dawk li f’dan is-sajf ma jistgħux jieħdu l-vaganzi tagħhom u s-sajf ma jistax ikun żmien ta’ mistrieħ.
Waqt l-Anġelus, il-Papa qal li fis-sajf, li hu perjodu li fih it-tfal ma jkollhomx skola u l-familji jieħdu xi ftit vaganzi, wieħed għandu jissaħħaħ aktar fil-fidi u fir-relazzjoni tiegħu ma’ Alla.
Fil-festa tas-Salvatur, il-Papa Franġisku qal li t-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù toffri messaġġ ta’ tama u tistieden lill-poplu biex jingħaqad ma’ Kristu u biex iservi lil ħutu.
Tenna li t-Trasfigurazzjoni tagħti sinjal tal-imħabba li għandu Ġesù b’mod partikolari għal dawk li qed ibatu.
Huwa temm il-ħsieb tiegħu biex bħal Marija nħallu lilna nfusna nisimgħu lil Alla u biex nitolbu għal xulxin sabiex ningħaqdu aktar miegħu.