“Nitolbok twassal lil missieri d-dar fil-ħin” – tifla ta’ 6 snin

Tifla ta’ sitt snin, Ella Porter, fl-Ingilterra kitbet ittra lill-kumpanija tal-ferrovija u li fi ftit ħin spiċċat iddur madwar id-dinja.
Iċ-ċkejkna kitbet lil "Mr Railway man" biex ma jibqax iwasslilha lil missierha tard id-dar għax m’għadux ilaħħaq ilebbtilha l-kutri madwarha qabel torqod u qed timmissjah ħafna.
Qaltlu wkoll li hu qed jieħu l-flus kollha ta’ missierha u hu minħabba f’hekk li ma tistax tmur Disneyland fejn tixtieq ħafna tmur.
Missier iċ-ċkejkna Ella, Neil, jonfoq madwar 4,000 lira Sterlina fis-sena fi trasport għall-biljetti tal-ferrovija biex imur għax-xogħol kuljum u lura għad-dar.
Minħabba li kull tant il-ferrovija tittardja jew anke jiġu kkanċellati vjaġġi, il-missier ħafna drabi jispiċċa jasal id-dar wisq tard biex jieħu lit-tifla torqod.
Minbarra l-kummenti mill-pubbliku għar-ritratt tal-ittra ta’ bintu li poġġa fuq Twitter, Neil Porter irċieva kumment anke mill-kumpanija li tħaddem it-trasport pubbliku permezz tal-ferrovija.
Dawn infurmawh li wara li raw l-ittra ta’ bintu, biddlu xi ħinijiet għall-iskeda tal-vjaġġi bit-tama li t-trasport isir iktar effiċjenti.