“Nitlob biex jiftħu għajnejhom dawk li jmexxu d-droga” – l-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna talab għal min qed imexxi d-droga "sabiex jiftaħ għajnejh u jikkonverti, għax il-ġudizzju ta' Alla, bħalma qal il-Papa Franġisku, jasal għal kulħadd”.
Waqt żjara lir-residenti ta' San Blas, l-Arċisqof Scicluna qal li huwa kuntent li ltaqa’ u kellem ħafna minnhom għax “intom nies li għaddejtu minn sofferenza kbira u li f’ħajjitkom issa tridu tiktbu paġni sbieħ”.
Appella għat-talb lil ħafna żgħażagħ li għadhom ma għaddewx mill-għerf ta’ dawn ir-residenti, sabiex jevitaw dan il-kalvarju li jgħaddi minnu kull min irid jeħles mill-vizzju tad-droga.
Iċ-Ċentru Terapewtiku f'San Blas huwa mmexxi minn Caritas Malta u dan huwa servizz ieħor offrut mill-Knisja f'Malta.
Ritratt: Church in Malta