Nitilgħu l-Parlament “b’bewsa bejn Miriam Dalli u David Casa”?

Hi u toqrob l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-qiegħa tibda tisħon, u l-partitarji u n-nies partiġġjani jibdew jieħdu l-elezzjoni b’ħafna serjetà. F’mumenti bħal dawn ikun hemm min jiddeċiedi li minn din is-serjetà kollha, inissel tbissima fuq fomm in-nies, u hekk għamel George Cassar, li kiteb poeżija li fiha stħajjel li Malta ttella’ kunċert mużikali fil-Parlament Ewropew minflok ma ttella’ Membri Parlamentari.

Huwa jsemmi lill-kandidati Roberta Metsola u Alfred Sant li jassoċjahom mal-kant, ma’ Felix Galea Busuttil jorbot iż-żfin u ma’ Michael Briguglio d-drums, peress li ż-żewġ kandidati għandhom dawn it-talenti. Cassar jistħajjel bewsa bejn l-MEP Laburista Miriam Dalli u l-MEP Nazzjonalist David Casa biex Malta tiġbed l-attenzjoni.

Il-PN u l-PL jibdew il-kampanja elettorali b’botta u risposta bil-billboards

Huwa għamel ukoll referenza għall-iżball ortografiku fl-ewwel billboard tal-Partit Nazzjonalista.

Jekk tassew għandna ’l Malta f’qalbnaU rridu naħdmu flimkien għal pajjiżna,Fl-Ewropa hemm bżonn nagħmlu xi ħaġaBiex…

Posted by George Cassar on Tuesday, May 14, 2019