Filmat: Nitfa Kultura… ma’ Rachel Tedesco Triccas

Rachel Tedesco Triccas illum tingħaqad ma’ Frederick Zammit għal din l-edizzjoni tal-programm fejn se titkellem dwar Jack & The Beanstalk ta’ Malcolm Galea li qed titella din is-sena mill-MADC. Inċiddentalment l-ewwel pantomima li Rachel kienet ħadet sehem fiha 10 snin ilu kienet ukoll Jack & The Beanstalk tal-istess Galea. Pero din hi storja kompletament differenti u niskopru aktar waqt dan il-programm.