Nistgħu nlaqqtu l-COVID-19 mill-annimali?

Ritratt: Screenshot minn filmat fuq YouTube

Ta’ kuljum qed ikollna ħafna mistoqsijiet dwar din l-imxija u ħafna drabi jkollna aktar minn tweġiba waħda li ma nkunux ċerti liem waħda hija vera.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa spjegat li s’issa għad m’hemmx evidenza li persuna tista’ tieħu l-COVID-19 jekk l-annimali jkollhom dan il-virus. Żiedet li f’Hong Kong kien hemm każ wieħed li kelb li kien infettat b’dan il-virus għadda fl-umani.

Spjegat li l-virus jiġi trażmess minn qtar li tista’ ttajjar persuna infettata. Dan il-qtar jista’ jinxtered jekk persuna titkellem, tisgħol u tagħtas. Għalhekk huwa importanti li persuna iżżomm lilha nnifisha nadifa u taħsel idejha tajjeb u frekwenti.

Fuq il-midja soċjali ttella’ filmat li jispjega kif wieħed għandu jaħsel idejh b’mod korrett sabiex jiġi evitat li dan il-virus ikompli jinfirex.  

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn