Dr Tanya Melillo, Konsulent tal-Mediċina Pubblika fit-Taqsima tal-Mard Infettiv saħqet li s’issa l-evidenza turi li l-marda tista’ tibda tinfirex meta jkollok biss ftit sintomi, f’dak il-perjodu li tħoss li m’għandek xejn.
Waqt Newsbook Q&A, Dr Melillo qalet li xi kultant ikollna tqaħqiħa li lanqas nindunaw biha. Madanakollu sostniet li dak il-ħin inti tista’ tkun qed tinfetta lil ħaddieħor.
Għandi ninkwieta jekk jekk tifla ta’ 4 snin ikollha 38.2 deni imma ma jkollha l-ebda sintomi?
“Nafu li t-tfal jaf jitlgħalhom id-deni għal kull ħaġa ta’ xejn bħal infezzjoni fil-widnejn jew fil-griżmejn. L-aħjar ħaġa hi li nkellmu lit-tabib tagħhom ħalli naraw mnejn tkun ġejja l-infezzjoni”, spjegat Dr Melillo.
Jekk nieħu mediċina kontra l-hay fever, li għandu wħud mis-sintomi tal-coronavirus, x’għandi nagħmel?
Il-konsulent spjegat li din hi sitwazzjoni ftit diffiċli. Madanakollu fissret li l-persuna tkun taf x’inhuma s-sintomi tas-soltu. Jekk taħseb li qed tħoss xi ħaġa mhux tas-soltu huwa suġġerit li tmur tagħmel it-test. Min ikollu xi diffikultà se jsib min jgħinu. Iċempel 111.
Dr Melillo rrimarkat li l-kura għall-hay fever mhux se taħbi jew tnaqqas is-sintomi tal-Covid-19, imma ttaffi jew tneħħi konġestjoni jew allerġija. “Jekk għandek il-virus, hemm se jibqa’”, qalet il-konsulent.
Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel
- 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
- 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
- 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
- 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
- 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
- 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
- 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
- 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
- 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
- 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
- 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
- 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
- 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.