Nissospendi jekk jerġa’ jiġri bħal bieraħ – Speaker

L-Ispeaker Anġlu Farrugia jgħid li d-diżordni tal-bieraħ kienet inċivili u wissa’ li jissospendi s-seduta jekk terġa’ tiġri.

Fil-bidu tas-seduta, Farrugia qal li l-parlament mhux ‘shouting arena’ u qal li wara l-inċidenti tal-bieraħ ġiet riveduta ukoll s-sigurtà tal-parlament u l-periferija.

Huwa qal li l-membri parlamentari iridu jmexxu bl-eżempju.