Aġġornata: Nisa tqal u tfal bejn sema u ilma; “kuntatt mal-Libja mhix soluzzjoni”

Twitter: Mediterranea Saving Humans

Read in English.

Mediterranea Saving Humans qalet li l-awtoritajiet Taljani qalulha biex ikellmu lill-awtoritajiet tal-Libja dwar il-100 ruħ li salva l-bastiment tagħha Mare Jonio. Sostniet li kuntatt mal-Libja, sit ta’ gwerra, mhix soluzzjoni skont il-liġijiet internazzjonali marittimi u tad-drittijiet umani.

L-għaqda ħabbret li l-bastiment Mare Jonio salva 100 ruħ bejn sema u ilma, li fosthom hemm 26 mara bi 8 minnhom li huma tqal, u 28-il tifel u tifla.

Fuq Facebook, l-NGO spjegat għall-ħabta tat-8.35am li sabu dgħajsa tal-lakstu li kellha ħafna nies fiha, u li diġà kienet parzjalment mniżżla. Hi ġabrithom fil-bastiment tas-salvataġġ tagħha.

L-għaqda żiedet tispjega li hemm każijiet ta’ ipotermja u li hemm nies li hija ovvja li sofrew ħafna tbagħtija u tortura fil-Libja. “Kollha qed jaħarbu mill-infern”, sostniet Mediterranea Saving Humans.

🔵 BREAKING (POST IN AGGIORNAMENTO) 🔵Alle 8.35 di questa mattina la Mare Jonio ha completato il salvataggio di circa…

Posted by Mediterranea Saving Humans on Wednesday, August 28, 2019