Nisa nsara fil-Pakistan imġiegħla jikkonvertu għall-Islam

Tfajliet fil-Pakistan fil-periklu li jinħatfu u jkunu mġiegħla jikkonvertu għall-Islam u jiżżewġu bilfors

Madwar elf tfajla fis-sena jinħatfu fil-Pakistan, ikunu stuprati u mġiegħla jikkonvertu għall-Islam u kultant ikunu mġiegħla wkoll jiżżewġu lil min ikun ħaqarhom.

L-għaqda Pontifiċja, Aid to Church in Need qed titkellem dwar il-periklu ta’ tfajliet insara fil-Pakistan li qed jiffaċċjaw din il-persekuzzjoni.

Biex tiġbed l-attenzjoni għal dan l-ACN se torganizza konferenza f’Karachi nhar il-Ħamis li ġej li għaliha se jattendi l-Kardinal Joseph Coutts, diversi mexxejja Musulmani kif ukoll Tabassum Yousaf, avukat Kattoliku li għandha rabta mill-qrib tal-Komunità ta’ San Egidio.

Dan il-fenomenu ta’ konverżjonijiet furzati fil-Pakistan jolqot kemm lill-insara kif ukoll lill-Hindu li huma minoritjiet reliġjużi.

Protezzjoni legali aħjar

F’każ li seħħ ix-xahar li għadda, tifla ta’ 14-il sena inħatfet minn Lahore u kienet imġiegħla tiżżewweġ lil min ħatafha.  Il-Pulizja aktar tard infurmaw lill-familja tagħha li kien reġistrat ċertifikat ta’ konverżjoni f’isimha.

Għalkemm il-liġi fil-Pakistan tgħid li l-inqas etàgħaż-żwieġ hi ta’ 16-il sena għall-bniet, qed issir pressjoni biex din titla’ għal 18-il sena.

Aid ta’ Church in Need qed taħdem biex ikun hemm protezzjoni legali aħjar kontra l-kaħi ta’ ħtif ta’ pesuni u konverżjonijiet sfurzati għal nies ta’ minoranzi reliġjużi. Il-familji ta’ dawn il-vittmi spiss ikollhom jagħmlu battalji diffiċli fil-Qrati meta jiftħu kawżi kontra dawk li jisfurzaw il-konverżjonijiet.

L-attenzjoni mill-media

Nhar il-Ħadd li għadda fil-Pakistan kien ċelebrat il-Jum Nazzjonali tal-Minoritajiet u l-konferenza tal-aħbarijiet dwar dak li għaddejjin minnu l-minoritajiet reliġjużi tal-insara u l-Hindu se ssir apposta qrib din il-ġurnata.

L-Avukat Kattolika Tabassum Yousaf, li l-pajjiżi tal-Punent u l-media inernazzjonali jistgħu jgħinu ħafna biex ikunu protetti l-minoritajiet reliġjużi fil-Pakistan.  Hi appellat biex ikun hemm edukazzjoni aħjar għat-tfajliet. “Il-bniet tagħna m’għandhomx aċċess għal edukazzjoni adegwata u meta jiġu biex ifittxu mpjieg ikunu penalizzati, sostniet l-avukat.

Perikli għall-minoritajiet reliġjużi

Avukat Pakistani u attivista favur id-drittijiet, Sardar Mushtaq Gill tkellem ma’ L’Osservatore Romano, dwar il-ħajja tal-insara fil-Pakistan.

Hu qal li “il-ħajja tal-minoranzi reliġjużi fil-Pakistan hi mmarkata bi vjolenza, diskriminazzjoni u abbuż mid-drittijiet fundamentali ta’ dawn in-nies. Din hi problema antika tas-sistema li għandha l-għeruq fl-istorja u l-kultura lokali. Il-Gvern għandu  jsir konxju ta’ din ir-realtà  jaħdem biex joffri protezzjoni lill-Pakistani li m’humiex Musulmani  u jaħdem għad-drittijiet, il-ġustizzja u l-libertà għal kulħadd”.