Nisa Laburisti: “Xokkanti” l-mozzjoni tal-PN dwar l-IVF

In-Nisa Laburisti fi stqarrija esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-mozzjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista biex jiġi rivedut avviż legali li jagħti 100 siegħa leave lill-persuni li ma jistax ikollhom tfal, sabiex jirċievu trattament barra minn Malta.
Il-President tan-Nisa Laburisti Claudette Abela Baldacchino qalet li din hija “xokkanti” għax din hija materja ta’ prinċipju għall-Partit Laburista.
Appellat ukoll lill-PN sabiex ma jbiddilx affarijiet sensittivi bħal dawn fi kwistjonijiet partiġġjani.