Nisa jneħħu l-velu f’postijiet pubbliċi biex…

Bosta nisa Iranjani neħħew il-velu f’postijiet pubbliċi sabiex jipprotestaw il-liġi li ġġiegħel lin-nisa jilbsu velu fil-pubbliku.
Ritratti fuq il-midja soċjali juru nisa b’rashom mikxufa u bil-hijab imdendel ma’ lasta wieqfa fuq kaxxi tal-utilità.
Il-protesti żdiedu wara li Vida Mohaved, li ġiet arrestata f’Diċembru wara li neħħiet il-hijab waqt il-protesti kontra r-reġim, inħelset is-Sibt li għadda.
Fl-aħħar xhur, kien hemm tnaqqis fl-infurzar ta’ din il-liġi li ġiet stabbilita fl-1979 wara r-revoluzzjoni Iżlamika.
Madanakollu, l-awtoritajiet ħabbru li n-nisa li ma jilbsux il-velu mhux se jibqgħu jiġu arrestati imma jistgħu jeħlu multa żgħira għal dan l-att.
Dan ir-raġunament ħeġġeġ lin-nisa sabiex jisfidaw aktar lill-Istat.
Ritratt: Nojtaba Nariman